• 396

    Żanżan Kelma / Spelling Bee

    Community
  • When
    20 September 18:00 - 22:00
    Organized by:
  • Bħala attività anċillari għall-Jum Ewropew tal-Lingwi f'Malta - EDL 2017, l-Għaqda tal-Malti – Università, b’kollaborazzjoni mal- European Commission Representation in Malta, se tkun qiegħda żżanżan kelma.. jew tnejn, hi u torganizza spelling bee bil-Malti, bil-parteċipazzjoni tas-Salesian Brigade. Il-kantanta u għalliema Dorothy Bezzina se tkun magħna wkoll bħala l-ġurija speċjali.

    Tfal ta’ bejn it-8 u t-13-il sena huma mistiedna japplikaw sabiex jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni li ser issir fl-20 ta’ Settembru, bejn is-18:00 u t-20:00, fi Studjow B fi Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta. Se jingħataw ukoll premjijiet lill-ewwel tliet rebbieħa ta' kull sessjoni.

    Il-postijiet huma limitati, għalhekk, inħeġġukom tapplikaw mill-aktar fis, jew permezz ta' email fuq ghaqdatalmalti@gmail.com jew billi tikkuntattjawna fuq il-paġna ta' Facebook tal-Għaqda stess :)

    Ħajr lil Saint James Cavalier u Merlin Publishers.

    #EDLangs