• Frankenstein at the Campus Book Festival

    Community
  • 23 March 13:00 - 17:00
    Organized by:
  • Hekk kif is-sena 2018 qed tfakkar l-anniversarju ta’ Frankenstein ta’ Mary Shelly, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se juri l-film ta’ J. Searly Dawley Frankenstein (1910). Wara se jkun hemm taħdita fuq iċ-ċinematografija tal-film u fuq l-impatt tiegħu fuq l-imaġinazzjoni kollettiva, minn Prof. Saviour Catania u Prof. Gloria Lauri Lucente. L-avventiment, li se jittella’ l-Ġimgħa 23 ta’ Marzu fis-1.00 pm, hu parti mill-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus.
    Il-film bla kliem, li hu twil 16-il minuta hu l-ewwel addattament tal-ktieb ta’ Mary Shelley Frankenstein. Il-film li ħareġ f’nofs is-70s, hu addattament liberali ħafna tal-ktieb u jiffokka fuq l-aspetti psikoloġiċi u maġiċi tan-narrativa, waqt li ta kontribut għall-iżvilupp tal-ġeneru tal-orrur.

    It-taħdita se tkun waħda interessanti ferm, immexxija mill-Professuri Catania u Lauri Lucente, fl-istil partikolari tagħhom. Huma se jiffokaw, b’mod partikolari, fuq l-impatt tal-ktieb ta’ Shelley fuq iċ-ċinema u l-kultura popolari, u se jitkellmu dwar addattamenti differenti bħal dawk tas-serje Hammer.
    Prof. Catania studja l-Ingliż fl-Università ta’ Malta u hu Senior Lecturer fl-Istudji tal-Film fejn jgħallem l-iżvilupp tal-lingwa tal-films, it-teorija klassika u kontemporanja tal-films, u l-apprezzament tagħhom. Hu jgħallem ukoll il-letteratura u l-film fid-Dipartiment tal-Ingliż u l-films tal-Amerika Latina fid-Dipartiment tal-Ispanjol.

    Prof. Gloria Laura Lucente għanda Laurea in Lettere Moderne mill-Università ta’ Siena u PhD fil-letteratura komparattiva mill-Università ta’ Michigan, Ann Arbor. Ir-riċerka tagħha tiffoka fuq l-istudji tal-films, il-letteratura Taljana u l-letteratura komparattiva b’emfasi fuq studji Italo-Ingliżi.

    Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, u jinkludi tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.

    Għal aktar tagħrif dwar Frankenstein u l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn (http://ktieb.org.mt/mt/festival-tal-ktieb-fuq-il-kampus-2018-il-programm-2/)

    ____________________________________________________________________

    As 2018 celebrates the 200th anniversary of Mary Shelley’s Frankenstein, the National Book Council is organising the screening of J. Searle Dawley’s silent short Frankenstein (1910). It will be followed by a discussion on its cinematographic adaptation and its impact on the collective imagination by Prof. Saviour Catania and Prof. Gloria Lauri Lucente. The event runs as part of the Campus Book Festival, on the University quadrangle at 1 pm on Friday 23 March.

    This 16-minute film was the first motion picture adaptation of Mary Shelley's Frankenstein. The film, revealed only in the middle of the 1970s, is a very liberal adaptation of the novel and focuses on the psychological and the magical aspects of the narrative, while contributing to the development of the horror genre.

    The ensuing discussion promises to be a highly engaging one, ably directly by Profs. Catania and Lauri Lucente, in their inimitable style. They will focus, in particular, on the impact of Shelley’s novel on cinema and pop culture, mentioning various adaptations such as the Hammer series.

    Prof. Catania studied English literature at the University of Malta and he is currently Senior Lecturer in Film Studies where he teaches Development of Film Language, Classical and Contemporary Film Theory and Film Appreciation. He also lectures on literature and film in the Department of English and on Spanish and Latin American Film in the Department of Spanish.

    Prof. Gloria Lauri-Lucente obtained a Laurea in Lettere Moderne at the University of Siena and a PhD in Comparative Literature at the University of Michigan, Ann Arbor. Her main areas of research are Film Studies, Italian Literature, and Comparative Literature with a focus on Anglo-Italian Studies.

    The Campus Book Festival is organised by the National Book Council and the Għaqda tal-Malti, kicking off daily at 9.00 am with back-to-back activities planned until 4.00 pm. On Friday the activities will continue until late. The Festival aims to promote literature while giving publishers and book distributors a platform to sell and promote their publications. The Festival’s programme is vast and offers a wide range of events to suit many interests, from book launches and talks to film screenings, workshops and live music.

    For more information about Frankenstein and the Campus Book Festival, visit the National Book Council’s website www.ktieb.org and Facebook page. A detailed programme can be downloaded by following the link (http://ktieb.org.mt/campus-book-fest…amme-of-events-2/).