• L-arti tal-legatorija – The art of bookbinding

    Community
  • 21 March 11:00 - 15:00
    Organized by:
  • What does it take to make a book by hand? Artist and poet Glen Calleja will be holding a workshop on the living art of handmade books during the Campus Book Festival held on the University’s quadrangle on Wednesday 21st March at 11.00 am. Glen will give a practical demonstration on how to produce a handmade book.

    What makes a book? The question is pertinent both because the West values the book as central to its civilisations (think of the Bible, law codices, etc) and because of the emerging publishing platforms and new materials available for book artists and bookbinders today. What book structures are we familiar with and what makes a book structure different to another?

    The workshop will answer these questions, while focusing on the principles of traditional bookbinding and on how these are essential in the process. A short explanation of the tools will be given, followed by the methods applied to design a book, from the initial idea to the final product.​​ The presentation will treat both traditional bookbinding skills as well as contemporary book design.

    Glen is the founder of Kotba Calleja, and he has started a number of artistic collaborations with other craftsmen and artists.
    The Campus Book Festival is organised by the National Book Council and the Għaqda tal-Malti, kicking off daily at 9.00 am with back-to-back activities planned until 4.00 pm. On Friday the activities will continue until late. The Festival aims to promote literature while giving publishers and book distributors a platform to sell and promote their publications. The Festival’s programme is vast and offers a wide range of events to suit many interests, from book launches and talks to film screenings, workshops and live music.

    For more information about this event and the Campus Book Festival, visit the National Book Council’s website www.ktieb.org and Facebook page. A detailed programme can be downloaded by following the link ( http://ktieb.org.mt/campus-book-fest…amme-of-events-2/).

    Mill-karta għall-ktieb
    L-arti tal-legatorija waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus

    X’inhu l-proċess li bih jinħadem ktieb bl-idejn? L-artist u l-poeta Glen Calleja se jkun qiegħed jagħti workshop fuq l-arti tal-legatorija waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fuq il-quadrangle tal-Università, l-Erbgħa 21 ta’ Marzu fil-11.00 am. Glen se jkun qed jagħmel dimostrazzjoni prattika dwar kif jinħadem ktieb.
    Liema huma l-elementi li jagħmlu ktieb? Il-mistoqsija hi pertinenti għaliex il-Punent jara l-ktieb bħala kontributur ċentrali għal-valuri taċ-ċiviltà (eż. Il-Bibja, l-kodiċi legali) u minħabba l-opportunitajiet ġodda aċċessibbli għall-artisti u għal-legatorija illum. Kemm-il struttura ta’ ktieb nafu biha, u x’jagħżel struttura minn oħra?

    Dan il-workshop se jkun qiegħed jirrispondi dawn il-mistoqsijiet, waqt li jiffoka fuq xi prinċipji tas-sengħa tal-legatorija tradizzjonali u kif din tista’ tintuża biex jinħolqu kotba ġodda. Se tingħata spjegazzjoni qasira tal-għodda u l-metodi ta’ kif jiġi ddisinjat ktieb mill-idea inizjali sal-prodott aħħari. Il-preżentazzjoni tittratta wkoll id-disinn kontemporanju.

    Glen hu l-fundatur ta’ Kotba Calleja, u beda numru ta’ kollaborazzjonijiet artistiċi ma’ artiġjani u artisti.

    Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, u jinkludi tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.

    Għal aktar tagħrif dwar dan il-workshop u l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn (http://ktieb.org.mt/mt/tahdita-dwar-wil…q-il-kampus-2018/).