• Battle of the Books: Poetry vs Prose - DESA

    Community
  • 23 March 10:00 - 14:00
    Organized by:
  • A discussion will be carried out by lecturers discussing the nature of poetry and prose and how their reputations have risen or fallen throughout their existence. Students are encouraged to participate, giving their own opinion. Finally, lecturers will show how poetry and prose have since synthesized in contemporary works of literature.

    The Campus Book Festival is organised by the National Book Council and the Għaqda tal-Malti, kicking off daily at 9 am with back-to-back activities planned until 4 pm. On Friday the activities will continue until late. The Festival aims to promote literature while giving publishers and book distributors a platform to sell and promote their publications. The Festival’s programme is vast and offers a wide range of events to suit many interests, from book launches and talks to film screenings, workshops and live music.

    For more information about the Campus Book Festival, visit the National Book Council’s website www.ktieb.org and Facebook page. A detailed programme can be downloaded by following the link (http://ktieb.org.mt/campus-book-festival-2018-programme-of-events-2/).

    ____________________________________________________________________

    Diskussjoni bejn il-letturi dwar in-natura tal-poeżija u tal-proża u kif ir-reputazzjonijiet tagħhom inbnew jew iġġarrfu tul l-eżistenza tagħhom. L-istudenti huma mħeġġa jipparteċipaw u jagħtu l-opinjoni tagħhom. Finalment, il-letturi se juru kif il-poeżija u l-proża sintetizzaw kitbiet letterarji kontemporanji.

    Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, u jinkludi tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.

    Għal aktar tagħrif dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn (http://ktieb.org.mt/campus-book-festival-2018-programme-of-events-2/).