• Blake u l-istampar - Blake and the art of printmaking

    Community
  • 21 March 13:00 - 17:00
    Organized by:
  • Visual artist Jesmond Vassallo will be giving a talk about William Blake’s art of print-making, as part of the Campus Book Festival, on Wednesday March 21 at 1 pm, and again on Friday at 9.00 am, at the University quadrangle.

    In his presentation, Vassallo will explain the techniques used by Blake in his famous Songs of Innocence and Experience series, accompanied by a slideshow illustrating the different stages in the process of printing. Right from his earliest childhood, Blake was driven by two extraordinary and powerful aspirations: poetry and art. So how was he going to bring these two together in a form that would enable him to publish his own images in illustration of his poems?

    University students and interested members of the public are invited to attend and learn about William Blake’s unique personality and his achievements, in particular as to how he used his knowledge of engraving to combine his aspirations as a poet and an artist.

    The Campus Book Festival is organised by the National Book Council and the Għaqda tal-Malti and will happen between March 21 and 23, kicking off daily at 9.00 am with back-to-back activities planned until 4.00 pm. On Friday the activities will continue until late. The Festival aims to promote literature while giving publishers and book distributors a platform to sell and promote their publications. The Festival’s programme is vast and offers a wide range of events to suit many interests, from book launches and talks to film screenings, workshops and live music.
    For more information about Vassallo’s presentation and the Campus Book Festival, visit the National Book Council’s website www.ktieb.org and Facebook page. The full programme can be downloaded from http://ktieb.org.mt/campus-book-festival-2018-programme-of-events-2/.

    ---------------------------------------------------------------

    L-artist viżiv Jesmond Vassallo se jkun qiegħed jitkellem dwar William Blake u l-arti tal-istampar, waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, l-Erbgħa 21 ta’ Marzu fis-siegħa ta' wara nofsinhar, u l-Ġimgħa 23 ta’ Marzu fid-9.00am, fuq il-quadrangle tal-Università.

    Vassallo se jkun qiegħed jagħti preżentazzjoni dwar it-tekniki użati minn Blake fix-xogħol magħruf tiegħu Songs of Innocence and Experience. Permezz ta’ slideshow se jaqsam mall-udjenza l-istadji differenti fil-proċess tal-istampar. Sa mill-ewwel tfulija tiegħu, Blake kien motivat minn żewġ aspirazzjonijiet straordinarji u qawwija ħafna: il-poeżija u l-arti. Allura kif kien se jġib dawn iż-żewġ aspirazzjonijiet flimkien f'forma li tippermettilu li jippubblika x-xbihat tiegħu bl-illustrazzjoni tal-poeżiji tiegħu?

    Studenti universitarji u membri interessati tal-pubbliku huma mistiedna jattendu u jitgħallmu dwar din il-personalità unika u l-kisbiet tiegħu, b'mod partikolari dwar kif uża l-għarfien tiegħu tal-inċiżjoni biex jgħaqqad flimkien l-aspirazzjonijiet li kellu bħala poeta u artist.

    Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, u se jittella’ bejn il-21 u t-23 ta’ Marzu, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, minn tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.
    Għal aktar tagħrif dwar il-preżentazzjoni ta’ Vassallo u l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn (http://ktieb.org.mt/campus-book-festival-2018-programme-of-events-2/).