• 185

    It-Tnedija ta' Ghidli Storja

    Community
  • When
    15 December 19:30 - 23:30
    Organized by:
  • Wara ħafna xhur ta' xogħol, waslet il-ġurnata għat-tnedija tas-serje qasira, Għidli Storja. Kulħadd huwa mistieden għal dan l-avveniment biex jara għall-ewwel darba, il-programm mill-bidu sa l-aħħar.

    Għidli Storja huwa l-ewwel u qabel kollox proġett ta’ natura dokumentattiva. Il-ħsieb huwa li b’xi mod jew ieħor noħolqu post fejn naqbdu mumenti u sentimenti ta’ żmien li m’għadux magħna. Dan hekk kif imġarrab minn min għexu, u nippreżentawħ b'xeħta ħafifa u li tinżel tajjeb ma udjenza varjata.