• 435

    Leħen il-Malti (għadd 37) | Sejħa

    Community
  • When
    15 January 00:00 - 04:00
    Organized by:
  • SEJĦA
    Leħen il-Malti

    Il-Bord Editorjali ta’ Leħen il-Malti qed jaċċetta kitbiet bil-Malti għall-ħarġa li jmiss (għadd 37). Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jikkontribwixxi, speċjalment l-istudenti. Għal din il-ħarġa, il-Bord qed jaċċetta:

    1. Poeżiji (massimu ta’ 30 linja)
    2. Novelli (2,500 kelma jew inqas)
    3. Kitbiet akkademiċi ta’ natura lingwistika, kritika jew kulturali, b’referenzi u biblijografija xierqa skont l-MLA (2,500 kelma jew inqas − biblijografija u kwotazzjonijiet esklużi)

    Il-kontributuri jistgħu jibagħtu massimu ta’ 3 kitbiet oriġinali, li jridu jaslu lil sottomissjonijiet@gmail.com sal-15 ta' Jannar, 2018. Il-fajls sottomessi għandhom ikunu fil-format *.doc, filwaqt li sottomissjonijiet bil-posta jintbagħtu lil:

    Bord Editorjali − Leħen il-Malti
    1, Oleander
    Triq tal-Mentna
    l-Imqabba
    Malta

    Il-kontributuri mitluba jinkludu d-dettalji u l-kuntatti tagħhom, u dikjarazzjoni li l-kitbiet mibgħuta qatt ma dehru qabel, lanqas fuq siti soċjali. Minkejja dan, il-kitbiet se jaslu għand il-Bord b'mod anonimu. Kitbiet b’koawturi huma aċċettati. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord ikunu finali, u l-Bord jirriserva d-dritt li jissuġġerixxi xi bidliet. Il-Bord jgħarraf lill-awturi bid-deċiżjoni tiegħu qabel il-pubblikazzjoni tar-rivista, imma mhux obbligat jibgħat kummenti lill-awturi dwar kitbiethom. Filwaqt li d-drittijiet tal-kitbiet magħżula jibqgħu tal-awturi, l-Għaqda żżomm id-dritt li terġa’ tippubblika l-materjal mibgħut lilha. Sottomissjonijiet li ma jimxux ma’ dawn il-kriterji jistgħu jiġu skwalifikati.

    Il-membri tal-Bord Editorjali ma jistgħux jissottomettu. L-Editriċi Ġenerali ta’ din il-ħarġa hija Sephora Francalanza, il-President tal-Għaqda. Il-membri tal-Bord Editorjali huma Keith Attard, Dorianne Bartolo, Carmel Bezzina, Claudine Borg, Jean Paul Borg, Amy Camilleri, Martina Frendo, Claire Gouder, u Jesmond Sharples. Il-Bord, f’isem l-Għaqda, jixtieq jirringrazzja lill-Bord preċedenti u lil dawk kollha li se jikkontribwixxu. Kull min jixtieq aktar dettalji jista’ jikteb lill-Bord fuq l-istess indirizz elettroniku.

    Il-Bord Editorjali ta’ Leħen il-Malti
    Għaqda tal-Malti - Università