• Tnedija tat-traduzzjoni ta' Metamorfosi

    Community
  • 23 March 15:00 - 19:00
    Organized by:
  • Tnedija tat-traduzzjoni tal-Metamorfosi ta’ Ovidju mil-Latin għall-Malti mill-Professur Michael Zammit, lettur tal-Filosofija fl-Università. Il-pubblikazzjoni kienet iffinanzjata mill-Fond Malti għall-Ktieb.

    Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivitajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, u jinkludi tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.

    Għal aktar tagħrif dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn (http://ktieb.org.mt/campus-book-festival-2018-programme-of-events-2/).

    ____________________________________________________________________

    The launch of the translation of Ovid’s Metamorphoses from Latin to Maltese by Professor Michael Zammit, lecturer of Philosophy at University. The publication was financed by the Maltese Book Fund.

    The Campus Book Festival is organised by the National Book Council and the Għaqda tal-Malti, kicking off daily at 9 am with back-to-back activities planned until 4 pm. On Friday the activities will continue until late. The Festival aims to promote literature while giving publishers and book distributors a platform to sell and promote their publications. The Festival’s programme is vast and offers a wide range of events to suit many interests, from book launches and talks to film screenings, workshops and live music.

    For more information about the Campus Book Festival, visit the National Book Council’s website www.ktieb.org and Facebook page. A detailed programme can be downloaded by following the link (http://ktieb.org.mt/campus-book-festival-2018-programme-of-events-2/).