• Laqgħa Ġenerali Annwali 2018

    Community
  • 18 April 11:30 - 14:30
  • Il-Laqgħa Ġenerali Annwali, l-ogħla istituzzjoni fl-istrutturi tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), bl-approvazzjoni tal-Bord tad-Dixxiplina, se tissejjaħ nhar it-tmintax ta’ April (18) elfejn u tmintax (2018), f'nofsinhar (12:00), ġewwa s-Sala Sir Temi Zammit. Il-bibien jinfetħu fil-11:30. Jekk jogħġbok ippreżenta Karta tal-Identità valida jew Passaport validu mal-bieb.

    Skond Artikolu 10.1. tal-imsemmi Statut, il-Laqgħa Ġenerali, fost l-oħrajn, se titratta dan li ġej:

    1. Ħatra tas-Sedja
    2. Approvazzjoni tal-Aġenda
    3. Minuti: Rapport tal-Minuti u Approvazzjoni
    4. Rapport Annwali
    5. Ħatra tal-Bord tad-Dixxiplina u tal-Bord tal-Appell
    6. Ħatra tal-Awditur
    7. Ħatra tal-Avukat
    8. Ħatra tal-Kummisjoni Elettorali
    9. Ħatra tal-Perit
    10.Diskussjoni u Votazzjoni fuq Mozzjonijiet imressqa mill-Eżekuttiv u/jew mill-Imsieħba
    11.Nominazzjonijiet u Preżentazzjoni tal-Kandidati għall-Eżekuttiv il-Ġdid

    Għall-fini tal-artikolu għaxra punt wieħed (10.1) hawn fuq imsemmi, il-Laqgħa Ġenerali se tilqa' n-nominazzjonijiet għall-kandidati għall-Eżekuttiv il-ġdid, li jridu jitressqu bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali tmienja u erbgħin (48) siegħa qabel ma' tibda' l-Laqgħa Ġenerali Annwali, nhar l-Erbgħa 18 ta' April f' nofsinhar.

    Tista' tressaq mozzjoni bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali sa jumejn (2) qabel il-Laqgħa Ġenerali, li ser isseħħ nhar l-Erbgħa 18 ta' April f'nofsinhar.

    Għall-formoli tal-applikazzjoni għafas hawn: http://ksu.org.mt/index.php/about/blog/211-laqgha-generali-annwali-2018

    Għal aktar informazzjoni ibgħat ittra elettronika lis-Segretarju Ġenerali fuq secgen@ksu.org.mt.

    *******************

    The Annual General Meeting, the highest institution within the University Students' Council’s (KSU’s) structure, as approved by the Discipline Board, will be held on the eighteenth (18) of April twenty eighteen (2018), at noon (12:00) in Sir Temi Zammit Hall. Doors will open at 11:30. Kindly present a valid Identity Card or a valid Passport at the door.

    As provided under Article 10.1. of the aforementioned Statute, the General Meeting shall, among others, consider the following:

    1. Election of the Chair
    2. Approval of the Agenda
    3. Minutes: Reporting of the Minutes and Approval
    4. Annual Report
    5. Election of The Board of Discipline and of The Appeals Board
    6. Election of the Auditor
    7. Election of the Advocate
    8. Election of the Electoral Commission
    9. Election of the Architect
    10. Discussion and Voting on the Motions put forward by the Executive and/or the Partners
    11. Nomination and Presentations of the Candidates for the New Executive

    With reference to Article ten point one (10.1) above, the Annual General Meeting shall receive the nominations of candidates for the new KSU Executive, which are to reach the KSU Secretary General fourty eight (48) hours before the start of the Annual General Meeting.

    You may put forward a motion in writing to the Secretary General by two (2) days prior to the General Meeting, on Wednesday 18th April at noon.

    Click here to download the application forms: http://ksu.org.mt/index.php/about/blog/211-laqgha-generali-annwali-2018

    For further information, kindly send an email to secgen@ksu.org.mt.