• Esebizzjoni u taħdita minn Marisa Attard

    Community
  • 21 March 09:00 - 13:00
    Organized by:
  • Marisa Attard hija artista u illustratriċi bbażata f'Malta. Ix-xogħlijiet tagħha huma bbażati fuq in-nies li tosserva fid-dinja ta' madwarha, u fihom elementi kurjużi li jvarjaw minn umoristiċi għal serji, skont is-sitwazzjoni. Marisa, bħala artista, jirnexxilha turi s-sentimenti tagħha permezz tas-soċjetà ta' madwarha, b'xogħlijiet li jolqtu l-għajn. F'dan il-festival, Marisa se tingħaqad ma' HoASA permezz ta' esebizzjoni tax-xogħlijiet tagħha, u taħdita mill-HoASA dwarhom.

    Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, u se jittella’ bejn il-21 u t-23 ta’ Marzu, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, minn tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.

    ---

    Marisa Attard is a Maltese based artist and illustrator. Her artworks are based on the people she observes in the world around her, full of curious elements varying from humorous to serious, depending on the situation. As an artist, she manages to visualise her sentiments thanks to the society she forms part of, with amusing works. Marisa shall be collaborating with HoASA in an exhibition on show on the first day of the festival, which HoASA will be giving a talk about.

    The Campus Book Festival is organised by the National Book Council and the Għaqda tal-Malti and will happen between March 21 and 23, kicking off daily at 9.00 am with back-to-back activities planned until 4.00 pm. On Friday the activities will continue until late. The Festival aims to promote literature while giving publishers and book distributors a platform to sell and promote their publications. The Festival’s programme is vast and offers a wide range of events to suit many interests, from book launches and talks to film screenings, workshops and live music.