• Love Don't Come Easy - Fattima Mahdi

    Community
  • 22 March 10:00 - 14:00
    Organized by:
  • Il-midja soċjali llum saret parti integrali minn ħajjitna, u b’konsegwenza t’hekk, għandha rwol importanti fir-relazzjonijiet tagħna. Il-ktieb ta’ Fattima Mahdi, ‘Love Don’t Come Easy’, hu mmirat lejn dawk bejn is-16 u l-25 sena, u jiffoka fuq il-modi kif evolvejna soċjalment permezz tat-teknoloġija, u l-effetti li dan kellu fuq ir-relazzjonijiet romantiċi moderni. Minn Facebook sa Tinder u Snapchat li jmexxu l-interazzjoni tagħna, hu ċar li twieldet lingwa ġdida tal-imħabba. Għall-ġenerazzjoni ta’ Mahdi, din hi konverżazzjoni importanti.

    Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivitajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, u jinkludi tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.

    Għal aktar tagħrif dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn (http://ktieb.org.mt/campus-book-festival-2018-programme-of-events-2/).

    ____________________________________________________________________

    Social media has become an integral part of our lives and as a result it also plays an important role in our relationships. Fattima Mahdi’s book 'Love Don't Come Easy' is targeted at 16-25 year old's and focuses on the ways in which we have socially evolved through technology, as well as the effect this has on modern romantic relationships. With everything from Facebook, to Tinder and Snapchat leading our interactions, it is clear that a new language of love has been formulated. For her generation, this is certainly a conversation worth having.

    The Campus Book Festival is organised by the National Book Council and the Għaqda tal-Malti, kicking off daily at 9 am with back-to-back activities planned until 4 pm. On Friday the activities will continue until late. The Festival aims to promote literature while giving publishers and book distributors a platform to sell and promote their publications. The Festival’s programme is vast and offers a wide range of events to suit many interests, from book launches and talks to film screenings, workshops and live music.

    For more information about the Campus Book Festival, visit the National Book Council’s website www.ktieb.org and Facebook page. A detailed programme can be downloaded by following the link (http://ktieb.org.mt/campus-book-festival-2018-programme-of-events-2/).