• Tlaqna sal-Melitensja!

    Community
  • 21 March 11:00 - 15:00
    Organized by:
  • Ejjew għal dawra mal-biblijoteka b’differenza. Dawk mistiedna se jkunu jistgħu jidħlu ġewwa l-parti l-magħluqa tal-Melitensja, li s-soltu ma tkunx ma tkunx aċċessibbli għall-pubbliku, iggwidati mill-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, Dr Bernard Micallef, u Dr Olvin Vella.

    Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, u se jittella’ bejn il-21 u t-23 ta’ Marzu, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, minn tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.

    ---

    A library tour with a difference. The public is invited to visit the closed stacks at the Melitensia, where no access is usually granted to the general public. A guided tour by the Head of the Maltese Department, Dr Bernard Micallef, and Dr Olvin Vella.

    The Campus Book Festival is organised by the National Book Council and the Għaqda tal-Malti and will happen between March 21 and 23, kicking off daily at 9.00 am with back-to-back activities planned until 4.00 pm. On Friday the activities will continue until late. The Festival aims to promote literature while giving publishers and book distributors a platform to sell and promote their publications. The Festival’s programme is vast and offers a wide range of events to suit many interests, from book launches and talks to film screenings, workshops and live music.