• Cryptic Street and Fuzzhoneys

    Community
  • 23 March 20:00 - 24 March 00:00
    Organized by:
  • Il-gruppi Fuzzhoneys u Cryptic Street se jkunu qegħdin jagħlqu l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu fil-Kwadranglu tal-Università, b’mużika tat-tip garage rock u post-punk. Il-kunċert jibda fit-8.00 pm.

    Id-duo Fuzzhoneys idoqqu mużika garage rock b’elementi ta’ blues, punk u soul. Il-vuċi ta’ Fancesca Mercieca mal-arranġament tal-baxx, u d-drums inċiżivi ta’ Caroline Spiteri jagħmlu lil Fuzzhoneys uniċi u vibranti. Bħalissa, il-grupp qiegħed jippjana xi kunċerti waqt li jaħdem biex iniedi l-ewwel album tiegħu.

    Cryptic Street hu grupp ta’ erbgħa żgħażagħ mix-xena alternattiva bi stil post-punk, bil-vuċi ta’ Leona Farrugia, Janelle Borg fuq il-kitarra, Leanne Zammit fuq il-baxx u Michelle Farrugia fuq id-drums. Il-mużika tagħhom titkellem dwar firxa wiesgħa ta’ suġġetti – minn ideat eżistenzjali għat-teknofobija u l-politika. L-ewwel album tagħhom 'Titty Monster' għandu joħroġ f’Marzu. influwenzat mill-moviment Riot Grrrl, kif ukoll minn esperjenzi personali. Il-grupp għadu kemm irritorna minn kunċerti ġewwa r-Renju Unit u Spanja, fejn fetaħ għal gruppi internazzjonali fosthom Acid Mothers Temple u PINS.

    Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus qiegħed jagħti spazju lil dawn iż-żewġ gruppi ġodda li se jkunu qegħdin joffru lill-udjenza serata ta’ mużika friska u żagħżugħa.

    Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, u jinkludi tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.

    Għal aktar tagħrif dwar il-kunċert u l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn (http://ktieb.org.mt/mt/festival-tal-ktieb-fuq-il-kampus-2018-il-programm-2/).

    ________________________________________________________________

    Girl bands Fuzzhoneys and Cryptic Street will be closing off the Campus Book Festival on Friday 23 March the University’s quadrangle, playing an acoustic gig of garage rock and post-punk tunes. The performance starts at 8.00 pm.

    Female duo Fuzzhoneys play garage rock, spiced up with elements of blues, a dash of girly punk and a whole lot of soul. A combination of Francesca Mercieca’s husky vocals, groovy bass-lines and crispy riffs, and Caroline Spiteri’s incisive drumbeats, Fuzzhoneys’ music is engagingly unique and vibrant. Fuzzhoneys are currently working on their full length album and a line up of gigs.

    Cryptic Street is a four-piece all-girl alternative band playing a style that can be loosely defined as post-punk, with Leona Farrugia on vocals, Janelle Borg on guitar, Leanne Zammit on bass and Michelle Farrugia on drums. Their songs address a wide variety of issues - from existential angst to technophobia and politics. Their debut album Titty Monster is set to launch in March, influenced by the Riot Grrl movement as well as by personal experiences. The band has just come back from the UK and Spain where they supported international groups like Acid Mothers Temle and PINS.

    The Campus Book Festival is giving space to these two upcoming bands who promise to offer the Festival’s audience a fun and pulsating closing night of young, fresh music.

    The Campus Book Festival is organised by the National Book Council and the Għaqda tal-Malti, kicking off daily at 9.00 am with back-to-back activities planned until 4.00 pm. On Friday the activities will continue until late. The Festival’s programme is vast and offers a wide range of events to suit many interests, from book launches and talks to film screenings, workshops and live music.

    For more information about Fuzzhoneys and Crytic Stree as well as the Campus Book Festival, visit the National Book Council’s website www.ktieb.org and Facebook page. A detailed programme can be downloaded by following this link (http://ktieb.org.mt/campus-book-fest…amme-of-events-2/).