• Il-Letteratura Jugoslava – The literature of Yugoslavia

    Community
  • 22 March 15:00 - 19:00
    Organized by:
  • Il-kittieb Sloven Jasmin B. Frelih hu l-mistieden speċjali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus li se jittella’ bejn il-21 u t-23 ta’ Marzu fil-Kwadranglu tal-Università. F'din l-attività, li ser iseħħ fit-22 ta' Marzu fit-3pm, Frelih se jieħu sehem f'diskussjoni mal-poeta u kittieb lokali Immanuel Mifsud fuq il-letteratura tal-Jugoslavja.

    Immanuel Mifsud huwa poeta u kittieb magħruf sew fix-xena lokali. Għandu interess kbir fil-politika, l-istorja u l-kultura letterarja tal-Ewropa tal-Lvant. F'ħafna mir-rumanzi tiegħu - 'Jutta Heim', 'Mid-dlam tal-lejl ħarisna' - insibu bosta riferenzi għal avvenimenti storiċi li kellhom impatt qawwi fuq l-istorja ta' din-naħa tal-Ewropa.

    Studenti u membri tal-pubbliku huma mistiedna jattendu din l-attività sabiex jitgħallmu iktar dwar il-letteratura u x-xena letterarja f'dawk il-pajjiżi li xi darba kienu jagħmlu parti mill-istat tal-Jugoslavja.

    Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, b’attivitajiet bejn id-9.00am u l-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivitajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, u jinkludi tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.

    Għal aktar tagħrif dwar l-avvenimenti ta’ Frelih u l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn (http://ktieb.org.mt/mt/festival-tal-ktieb-fuq-il-kampus-2018-il-programm-2/)

    ____________________________________________________________________

    Award-winning Slovenian writer Jasmin B. Frelih is the special guest of this year’s Campus Book Festival, which will be held between 21 and 23 March at the University’s quadrangle. In this event, slated for Thursday 22 March at 3pm, Frelih will be talking with Immanuel Mifsud about the literature of Yugoslavia.

    Immanuel Mifsud is a well-known local poet and writer with a deep interest in the politics, history and literary culture of East Europe. In many of his novels - 'Jutta Heim', 'Mid-dlam tal-lejl ħarisna' - we find numerous references to events of great significance in the political history of this region of Europe.

    Students and members of the public are urged to attend this event in order to earn more about the literary scene and the literature in this countries that once formed part of the state of Jugoslavia.

    The Campus Book Festival is organised by the National Book Council and the Għaqda tal-Malti, kicking off daily at 9 am with back-to-back activities planned until 4 pm. On Friday the activities will continue until late. The Festival aims to promote literature while giving publishers and book distributors a platform to sell and promote their publications. The Festival’s programme is vast and offers a wide range of events to suit many interests, from book launches and talks to film screenings, workshops and live music.

    For more information about Frelih's events and the Campus Book Festival, visit the National Book Council’s website www.ktieb.org and Facebook page. A detailed programme can be downloaded by following the link ( http://ktieb.org.mt/campus-book-fest…amme-of-events-2/).